Awdjo: Bħal-lum twieldet Enid Blyton

Bħal-lum fl-1897 twieldet l-awtriċi Ingliża ta’ mijiet ta’ kotba ta’ avventura għat-tfal Enid Blyton. Fost il-kreazjonijiet famużi tagħha nsibu l-karattri ta’ Noddy, l-Famous Five u s-Secret Seven.

Ta’ min isemmi li l-ewwel raġel ta’ Blyton, Hugh Pollock kien qatta l-aħħar snin ta’ ħajtu f’Malta. Huwa miet u ndifen f’pajjiżna fl-1971.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.