Awdjo: Bħal-lum titkanta Auld Lang Syne

Bħal-lum saret tradizzjoni li titkanta l-kanzunetta tradizzjonali Skoċċiża Auld Lang Syne anki hawn Malta, kif idoqq nofs il-lejl u tibda s-sena l-ġdida.

Il-frażi Auld Lang Syne tfisser long, long ago, jew days gone by, u l-kanzunetta hija bbażata fuq poeżija ta’ Robert Burns li nkitbet fl-1788.

Il-melodija hija maħsuba li ilha teżisti ħafna, imma l-ewwel darba li nafu li ntużat huwa fl-1771.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.