Awdjo: Bħal-lum Tiffany Pisani rebħet il-Britain’s Next Top Model

Bħal-lum fl-2010 l-mudella b’missier Malti u omm Ingliża Tiffany Pisani ġiet inkurunata bħala l-Britain’s Next Top Model waqt xandira diretta fuq l-istazzjon internazzjonali Sky. Wara din ir-rebħa Tiffany bdiet karriera ta’ modelling għal disinjaturi, rivisti u fotografi popolari madwar id-dinja.

F’dawn l-aħħar snin Tiffany tatha wkoll għall-mużika u għamlet isem bħala DJ fil-qasam tal-house music.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.