Bħal-lum fl-1968 Sliema Wanderers għelbu lil Rumelange tal-Lussemburgu bi skor ta’ 1-0 fl-Empire Stadium tal-Gżira fil-kompetizzjoni tat-Tazza tat-Tazzi. L-aggregate score kien ta’ 2-2 imma Sliema għaddew għat-tieni rawnd grazzi għall-gowl li skurjaw away.
Huma kienu l-ewwel tim Malti li għadda mill-ewwel rawnd ta’ partiti Ewropej.
Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.