Awdjo: Bħal-lum sitt persuni mietu fi splużjoni f’Ħal Balzan

Bħal-lum fl-1903 kienet splodiet ħażna ta’ murtali tal-art fil-Każin tal-Banda tal-Annunżjata f’Ħal Balzan. Kienu mietu sitt persuni u ndarbu tmienja.

Il-vittmi kienu Valent Debono, Antonju Falzon, Ġużeppi Muscat, Pawlu Muscat, Piju Muscat u Konċetta Sisner, 36 sena, oħt il-Kappillan Bormliż Dun Amabile Sisner. Kienu ntradmu wkoll bosta nies oħra fosthom Rosina, oħt il-Kappillan Sisner ukoll.

Ta’ kull sena f’Novembru, il-Każin tal-Banda San Gabriel għadu jżur iċ-ċimiterju tal-Parroċċa u jpoġġi kuruna quddiem lapida li kienet tpoġġiet fis-sena 1953, dakinhar tal-50 anniversarju mit-traġedja.

Fuq nota oħra, għaċ-Circolo L’Annunziata kien jinsab fi Triq il-Kbira, ftit ‘il fuq mill-Knisja Parrokkjali u kien intradam bl-isplużjoni.  

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.