Awdjo: Bħal-lum sena mietet Doris Day

Bħal-lum fl-2019 kienet ħallietna l-attriċi u kantanta Amerikana Doris Day. Hija kellha 97 sena.

Sena qabel kienet mietet Margot Kidder, li kienet ħadmet il-parti ta’ Losi Lane, is-sieħba ta’ Superman fil-films tas-snin 70 u 80, u li kienet ħadmet fil-film Trenchcoat f’Malta fl-1982.

Robert Hayes u Margot Kidder f’xena minn Trenchcoat li nħadem Malta

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet permezz ta’ Today in History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.