Awdjo: Bħal-lum seħħet splużjoni ta’ bomba fiċ-ċentru ta’ Manchester

Bħal-lum fl-1996 kienu weġġgħu mitejn persuna fi splużjoni ta’ trakk bomba fiċ-ċentru ta’ Manchester fir-Renju Unit.

Ir-responsabilità ta’ dan l-attakk terroristiku kienet ħadithu l-Armata Repubblikana Irlandiża, li però kienet wissiet li se tagħmel dan l-attakk siegħa u nofs qabel ma sar, biex b’hekk setgħu jiġu evakwati n-nies tal-inħawi qabel tieħu l-bomba.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.