Awdjo: Bħal-lum seħħet it-traġedja tal-istadium ta’ Bradford

Bħal-lum fl-1985 kienet seħħet it-traġedja tal-istadium ta’ Bradford, fl-Ingilterra, fejn 56 persuna preżenti għall-partita futbol bejn Bradford City u Lincoln City, żewġ timijiet tat-Tielet Divizjoni, kienu mietu kaġun ta’ nar.

Il-huġġieġa qabdet minħabba fdalijiet ta’ sigarett li ta’ n-nar lil munżell skart li kien inġabar taħt spectator stand tal-injam, u nfirxet f’temp ta’ ftit minuti minħabba li kienet ġurnata b’ziffa sħuna li kebbes in-nar.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet matul Today In History fuq 103 Malta’s Heart.