Awdjo: Bħal-lum beda l-Assedju l-Kbir ta’ Malta tal-1565

Anniversarji miż-żewġ Assedji kbar li għadda minnhom pajjiżna: bħal-lum fl-1565, il-flotta Torka bl-alleati Għarab tagħha daħlet Marsaxlokk u t-truppi tagħha bdew jinżlu l-art. Il-popolazzjoni Maltija kienet irtirat lejn il-bliet ffortifikati u t-Torok ma ffaċċjaw l-ebda reżistenza għall-ewwel.

U bħal-lum fl-1942, waqt it-Tieni Gwerra, tlett irġiel mill-Belt kienu gew mfaħħra mill-Kap tar-Royal Air Force f’Malta għal qlubija li wrew meta ħarġu jsalvaw bdot ta’ Spitfire li kien iġġarraf fil-baħar, allavolja l-ajru kien għadu mimli ajruplani Ġermanizi u Taljani.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.