Awdjo: Bħal-lum seħħ il-miraklu tax-xema f’Fatima

Bħal-lum fl-1917 kien seħħ dak li ġie msejjaħ il-miraklu tax-xemx fir-raħal ta’ Fatima fil-Portugall. Eluf ta’ nies kienu inġemgħu fl-inħawi wara li skond dak li qalu t-tlett it-tfal li esperjenzaw dehriet tal-Madonna fix-xhur ta’ qabel, kellu jsir miraklu viżibli minn kulħadd dakinhar.

Skond rapporti ta’ diversi nies preżenti, inkluż dawk li kienux jemmnu lit-tfal, ix-xemx dehret ticċċcaqlaq u tiddi b’kuluri mhux tas-soltu għal madwar 10 minuti. Il-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika huwa li dakinhar ġara fil-fatt xi forma ta’ miraklu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.