Bħal-lum fl-1981 kien seħħ l-attentat assassinju fuq il-ħajja tal-Papa Ġwanni Pawlu II minn raġel Tork li laqat lill-Papa b’4 tiri ta’ pistola. Il-Papa kien żar lit-terrorist f’ħabs Taljan u ħafirlu tal-aġir tiegħu.
Hu maħsub li kien imħallas minn servizzi sigrieti tal-blokk komunista tal-Lvant tal-Ewropa biex joqtol lill-Papa li kien Pollakk u kien ta’ ispirazzjoni għall-poplu ta’ pajjiżu biex jipprova jikseb il-libertà mill-kommuniżmu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
Din l-informazzjoni titwassal waqt Today In History fuq l-istazzjon 103.