Awdjo: Bħal-lum sar l-aħħar attakk marittimu fuq il-Port il-Kbir ta’ Malta

Bħal-lum fl-1941 matul it-Tieni Gwerra Dinjija, seħħ l-aħħar attakk marittimu fl-istorja s’issa fuq il-Port il-Kbir ta’ Malta. Bosta vapuri żgħar Taljani, fosthom torpedoes iggwidati minn bugħaddasa militari, ippruvaw jidħlu fil-port biex jisplodu vapuri militari u tal-merkanzija, imma dawn kollha ħlief waħda ġew meqruda mill-kanuni tad-difiża fuq l-art kif ukoll minn ajruplani Ingliżi li telgħu ifitxuhom mas-sebħ.

L-unika ħsara li saret kienet li tkisser il-pont bejn il-ponta tal-Belt u l-brejkwater, pont li dam 70 sena ma ġie msewwi.

L-ebda Maltin jew Ingliż ma weġġgħu f’dan l-attakk, imma mill-inqas 15-il baħri Taljan, li kienu mħarġa apposta għall-attakki kważi suwiċida bħal dawn, ħallew ħajjithom hawnhekk.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.