Awdjo: Bħal-lum Queen bdew jirrekordjaw Bohemian Rhapsody

Bħal-lum fl-1975, Queen, taħt id-direzzjoni ta’ Freddie Mercury, bdew jirrekordjaw dik li kellha ssir l-aktar kanzunetta famuża tagħhom fi studio f’Wales, fir-Renju Unit. 

Bohemian Rhapsody ħaditilhom total ta’ tlett ġimgħat xogħol.

U bħal-lum fl-1985, id-diska numru wieħed fl-Amerika kienet The Power of Love ta’ Huey Lewis and the News, meħuda mill-film Back to the Future.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.