Awdjo: Bħal-lum niżel f’Malta ajruplan maħtuf minn 4 pirati

Bħal-lum fl-1973, jumbo jet tal-kumpanija tal-ajru KLM maħtuf minn erbgħa pirati tal-ajru Palestinjani kien niżel Malta b’247 passiġġier abbord.

Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Dom Mintoff, li kien qed imexxi n-negozjati, kien ikkonvinċihom jeħilsu l-maġġoranza tal-passiġġieri bil-patt li l-ajruplan jingħata l-fjuwil.

L-ajrupan kien telaq minn Malta u tar lejn Dubaj, fejn il-pirati kienu ħelsu l-ftit passiġġieri li kien fadal abbord.

Ritratt: vassallohistory.files.wordpress.com

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.