Awdjo: Bħal-lum Madre Tereża bdiet l-Ordni tas-Sorijiet tal-Karità

Bħal-lum fl-1950 Madre Tereża kienet ingħatat il-permess mill-Vatikan biex twaqqaf l-Ordni tas-Sorijiet tal-Karità. Din bdiet f’Kalkutta fl-Indja bi 13-il membru u mas-snin saret istituzzjoni mferrxa madwar id-dinja b’eluf ta’ sorijiet li jmexxu orfanatrofji, ċentri ta’ karità u ċentri hospice għal dawk morda bl-AIDS.

Bħal-lum fl-1985 kien seħħ il-ħtif tal-vapur tal-passiġġieri Taljan Achille Lauro minn tliet terroristi, ħtif li wassal għal-mewta ta’ passiġġier Amerikan ta’ oriġini Lhudija.

Bħal-lum fl-2001, l-Istati Uniti, flimkien ma’ forzi militari ta’ diversi pajjiżi oħra, bdiet l-invażjoni tal-Afghanistan, b’ritaljazzjoni għall-attakki tal-11 ta’ Settembru.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.