Awdjo: Bħal-lum mietu żewġt itfal f’Ta’ Kandja

Bħal-lum fl-1963 kienu mietu żewġt itfal, wieħed ta’ 15 u l-ieħor ta’ 10 snin, f’barriera f’Ta’ Kandja viċin is-Siġġiewi. It-tfal, Peter Psaila u Ninu Borg, kienu qed jilgħabu b’xi injam li kien qed isservi bħala ċattra biex jaqsmu min-naħa għall-oħra tal-barriera li kien fiha madwar tmien piedi ta‘ ilma tax-xita.

Incident Ta Kandja
Peter Psaila u Ninu Borg

It-tifel iż-żgħir waqa’ ġol-ilma u meta l-kbir qabeż biex isalvah spiċċa f’diffikultajiet huwa wkoll. Sakemm waslet l-għajnuna, it-traġedja kienet laħqet saret.

Incident Ta Kandja

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn