Awdjo: Bħal-lum mietu kważi 3,000 persuna fl-attakki fl-Istati Uniti

Bħal-lum fl-2001 kienu seħħew erbgħa attakki fl-Istati Uniti, fejn terroristi ta’ twemmin estrem Islamiku ħatfu erbgħa ajruplani tal-passiġġieri bil-għan li jattakkaw diversi ikoni tal-pajjiż. Żewġ ajruplani ġew imtajra għal ġot-torrijiet tal-World Trade Centre fi New York; wieħed għal ġol-Pentagon f’Washington DC, u l-ieħor ikkraxxja wara li l-passiġġieri ippruvaw iwaqqfu lit-terroristi abbord. Fl-attakki kienu mietu kważi 3,000 persuna.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.