Awdjo: Bħal-lum mietu f’inċident ħames żgħażagħ taħt it-18-il sena

Bħal-lum fl-2005 seħħet waħda mill-akbar diżgrazzji tat-traffiku f’Malta, meta vann bi tmien żgħażagħ abbord daħal ġo ħajt f’Ħaż-Żebbuġ.

Ħames żgħażagħ, kollha taħt it-18-il sena kienu mietu filwaqt li t-tlieta l-oħra ndarbu.

Iż-żgħażagħ li tilfu ħajjithom kienu Christian Camilleri (17-il sena), David Sacco (13-il sena), Osvaldo Vella (17-il sena). Fabio Mago (16-il sena), u Marco Abdilla (17-il sena).

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.