Bħal-lum fl-1984 kien seħħ wieħed mill-agħar diżastri industrijali fl-istorja, dak ta’ Bhopal fl-Indja, fejn kwazi 4000 persuna kienu mietu kawża ta’ ħruġ ta’ gass tossiku minn fabbrika fil-viċin.
Mijiet ta’ eluf oħrajn spiċċaw l-isptar bi problem tan-nifs.

Bħal-lum fl-1967 kien seħħ l-ewwel trapjant tal-qalb fl-istorja, mil-kirurgu Christian Barnard, fuq pazjent ta’ 53 sena li għex għal 18-il ġurnata oħra.
Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.