Awdjo: Bħal-lum mietet l-attriċi Maltija Madeleine Collinson

Bħal-lum fl-2014 kienet mietet l-attriċi Maltija Madeleine Collinson, attriċi u mudella b’omm Maltija u missier Ingliż. Huma kienu joqgħodu f’Tas-Sliema. Flimkien ma’ oħtha Mary, it-tewmin kienu l-ewwel Maltin, u l-ewwel tewmin li dehru fuq ir-rivista Playboy.

Fost il-films li dehret fihom, flimkien ma’ oħtha tewmija, kien hemm Twins of Evil tal-1971 u li kellu bħala protagonist lil Peter Cushing.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.