Awdjo: Bħal-lum mietet Koko, il-gurilla li kienet taf il-lingwa tas-sinjali

Bhal-lum fl-2018 kienet mietet Koko, gurilla Amerikana li fis-46 sena li għexet f’santwarju tal-annimali, ġiet mgħallma 2000 kelma bil-lingwa tas-sinjali u kienet kapaċi kemm tifhem x’jgħidulha n-nies ta’ madwarha kif ukoll tirrispondi u titkellem b’dawn is-sinjali.

Dawk li ħadmu magħha jemmnu li Koko kienet ukoll kapaċi tifhem kunċetti astratti bħal dawk tat-tajjeb u l-ħażin.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.