Awdjo: Bħal-lum mietet il-Prinċipessa Diana

Bħal-lum fl-1997 seħħ l-inċident tat-traffiku f’Pariġi li fih kienu mietu l-Prinċipessa Diana u s-sieħeb tagħha Dodi Al-Fayed.

U bħal-lum fl-1939, truppi tal-Ġermanja Nażista libsin ta’ suldati Pollakki, attakkaw stazzjon tar-radju Ġermaniż fuq il-fruntiera mal-Polonja, biex tidher bħala provokazzjoni. Din, flimkien ma’ diversi inċidenti oħra, kienet maħsuba biex tintuża bħala skuża għall-invażjoni ta’ dak il-pajjiż.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.