Awdjo: Bħal-lum miet Oliver Reed f’Malta

Bħal-lum fl-1999 l-attur Oliver Reed kien miet b’attakk tal-qalb waqt li kien qed jixrob f’bar fil-Belt Valletta. Huwa kien Malta biex jiġbed xeni tal-film Gladiator. Il-post fejn miet jismu The Pub u għadu sal-lum jiġbed turisti li jżuruh għax kienu fans tal-attur.

Oliver Reed kif jidher fl-aħħar film li ħadem, Gladiator

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.