Awdjo: Bħal-lum miet John Denver

Bħal-lum fl-1971 kien miet Gene Vincent, famuż għall-kanzunetta Be Bop A Lula, fl-età ta’ 36 sena.

Fl-1997 kien ħalliena l-kantant John Denver fl-età ta’ 53 sena.

Id-diska numru wieħed fl-Ingilterra bħal-lum fl-1985 kienet il-verżjoni oriġinali ta’ The Power of Love ta’ Jennifer Rush, kanzunetta li reġgħet kisbet suċċess kbir tmien snin wara meta Celine Dion ħarġet il-verżjoni tagħha.

John Denver. Ritratt: John Mathew Smith

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.