Awdjo: Bħal-lum miet Charles Camilleri

Bħal-lum fl-2009 kien ħalliena fl-età ta’ 77 sena Charles Camilleri, magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin taż-żmien modern.

Camilleri huwa magħruf għax-xogħol ta’ riċerka tiegħu fil-qasam tal-mużika tradizzjonali u folk Maltija u kif żewweġ dawn l-istili ma’ stil sinfoniku u orkestrali.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġaar bħal-lum fis-snin imgħoddija.