Awdjo: Bħal-lum Mickey Mouse iddebutta fiċ-ċinema

Bħal-lum fl-1928 il-karattru animat tal-kumpanija Disney Mickey Mouse għamel id-debutt tiegħu f’film qasir jismu Plane Crazy. Kien ftit wara li dan il-ġurdien animat sar famuż li f’pajjiżna daħlet drawwa li kull comic animat – cartoon, bl-Ingliż – jissejjaħ tal-Mickey Mouse.

Eventwalment din l-espressjoni daħlet ukoll fil-vokabularju Malti bħala deskrizzjoni ta’ xi ħaġa li ma titwemminx jew magħmula ħażin ħafna.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.