Awdjo: Bħal-lum Malta ssemmiet f’The New York Times

Bħal-lum fl-1942, l-editorjal tal-gazzetta Amerikana The New York Times, iffoka fuq Malta u l-importanza tagħha bħala fortizza tal-alleati fil-Mediterran. L-editur jiddeskrivi bħala ‘miraklu’ l-fatt li l-gżira rnexxielha żżomm sod u ma ċċedix taħt il-bumbardamenti tal-għadu.

X’ġara iktar fit-18 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

Fl-1940 seħħet battalja kbira tal-ajru fuq l-Ingilterra, bejn ir-Royal Air Force u l-Luftwaffe tal-Ġermanja Nazista, bħala parti mill-Battalja tal-Gran Brittanja tat-Tieni Gwerra Dinjija. Minħabba li ż-żewġ naħat tilfu madwar 70 ajruplan kull wieħed u l-fatt li mietu ‘l fuq minn mitt bdot, dan il-jum sar magħruf bħala The Hardest Day.

Fl-1977, The Police mmexxija mill-kantant Sting, taw l-ewwel kunċert tagħhom, f’ħanut tax-xorb jismu Rebecca’s f’Birmingham, l-Ingilterra.

Fl-1984, id-diska numru wieħed fl-Ingilterra kienet Careless Whisper ta’ George Michael. 

Illum il-festa ta’ Santa Elena ta’ Kostantinopli, li kienet imperatriċi fl-Imperu Ruman madwar 300 sena Wara Kristu.

Illum Jum it-Torta tal-Ġelat

Produzzjoni u qari: Colin Fitz minn 103.