Awdjo: Bħal-lum Malta skurjat l-ewwel gowl fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

Bħal-lum fl-1973, it-tim nazzjonali tal-futbol Malti tilef logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja bi skor ta’ 1-2 kontra l-Iżvezja fl-Empire Stadium il-Gzira.

Din il-logħba tibqa’ memorabbli mhux biss għax l-Iżvedizi rebħu biss grazzi għal penalty dubjuż, imma għal fatt li ġie skurjat l-ewwel gowl tagħna f’din il-kompetizzjoni, li konna qed nieħdu sehem fiha għall-ewwel darba fl-istorja.

Il-gowl kien gie skurjat minn Toninu Camilleri.

Dan it-tagħrif twassal waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.