Awdjo: Bħal-lum Malta kisbet l-Indipendenza

Illum huwa Jum l-Indipendenza – festa nazzjonali – li fih infakkru l-jum fl-1964, li fih Malta, wara eluf ta’ snin bħala parti minn xi imperu jew ieħor, saret pajjiż sovran bir-responsabbilità tat-tmexxija f’idejn il-poplu tagħha.

Parti mill-ftehim tal-Indipendenza kien li r-Reġina Eliżabetta tibqa’ r-Reġina ta’ Malta, u li f’pajjiżna jibqgħu xi lokalitajiet li jservu bħala bażi militari tal-Gran Brittanja.

Iċ-ċerimonja tal-għotja tal-Indipendenza kienet saret il-Floriana bil-parteċipazzjoni tad-Duka ta’ Edinburgh il-Prinċep Philip, li simbolikament għadda d-dokument lill-Prim Ministru Malti Ġorġ Borg Olivier.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.