Awdjo: Bħal-lum Malta addottat l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha

Fost il-ħafna miżuri ġodda li ddaħħlu f’pajjiżna fl-ewwel jum tas-sena tul is-snin, insibu l-obbligu li jibda jintlibes il-crash helmet minn sewwieqa ta‘ muturi fl-1984 u li jibda jintlibes is-seat belt fil-karozzi fl-1996.  

Eurocoins-Malta

Bħal-lum fl-2008 Malta addottat l-ewro bħala l-munita uffiċjali tagħha. Qabel dan il-jum, kienet tintuża l-Lira Maltija. Kien hemm perjodu ta‘ transizzjoni ta‘ xahar fejn intużaw iż-żewg muniti.  

Mary Mejlak
Mary Mejlak

Bħal-lum fl-1975 kienet ħallietna fl-età ta‘ 69 l-poeta Għawdxija Mary Meilak, meqjusa bħala l-ewwel poetessa Maltija fl-istorja.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.