Awdjo: Bħal-lum l-Italja ma kkwalifikatx għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja

Bħal-lum fl-2017 qalb il-poplu kollu Taljan inqasmet f’daqqa meta r-referee saffar it-tmiem tal-playoff għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 kontra l-Iżvezja li spiċċat b’rebħa Skandinava.

Din it-telfa kienet tfisser li l-Italja ma kkwalifikatx għall-fażi finali għall-ewwel darba fl-istorja.

Naturalment din it-traġedja affettwat ħażin ukoll lil dawk il-ħafna supporters tal-Azzurri lokali, li kienu draw jinbxu lis-supporters tat-tim nazzjonali Ingliż b’dan it-tip ta’ falliment.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Ritratt: Twitter/Football Factly

Dan it-tagħrif twassal waqt Today in History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.