Awdjo: Bħal-lum l-Ingliżi rebħu l-ewwel u l-unika Tazza tad-Dinja tagħhom

Bħal-lum fl-1930 intlagħbet l-ewwel finali tat-Tazza tad-Dinja, bejn l-Urugwaj u l-Arġentina. L-Urugwaj rebħu bi skor ta’ 4-2 u b’hekk l-ewwel Tazza tad-Dinja intrebħet fl-Estadio Centenario ta’ Montevideo.

36 sena wara kien imiss l-Ingliżi li jirbħu l-unika Tazza tad-Dinja tagħhom, meta bħal-lum fl-1966 għelbu lill-Ġermanja bi skor ta’ 4-2 fil-finali li kienet saret f’Wembley Stadium.

Isma’ l-awdjo beix tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today’s In History, li jixxandar fuq l-istazzjon 103, Malta’s Heart.