Awdjo: Bħal-lum kienu twieldu l-atturi tewmin Maltin Mary u Madeleine Collinson

Bhal-lum fl-1952 kienu twieldu t-tewmin Mary u Madeleine  Collinson, li għamlu karriera fl-imudellar u fil-films fl-Ingilterra fis-Snin 70.

L-aħwa li kienu minn Tas-Sliema marru jgħixu Londra fl-1969, u kienu spiċċaw fuq ir-rivista Playboy. Ħadmu ma’ Peter Cushing fil-film Twins of Evil, li għal bosta snin kien iċċensurat milli jintwera f’pajjiżna. Ħadmu wkoll f’bosta films oħra fosthom Groupie Girls u Love Machine.

Filwaqt li Mary Collinson illum tgħix f’Milan, oħtha Madeleine mietet f’Malta nhar l-14 ta’ Awwissu tal-2014.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.