Awdjo: Bħal-lum kienu saru tliet partiti kbar tat-Tazza tad-Dinja

Bħal-lum fl-1950, waqt it-turnament tat-Tazza tad-Dinja tal-1950 fil-Brażil, l-Istati Uniti kienu wettqu sorpriża kbira meta għelbu lill-Ingilterra bi skor ta’ 1-0.

U ħhal-lum fl-1958 il-Brażil għelbu lill-Iżvezja bi skor ta’ 5-2 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958, filwaqt li bħal-lum fl-1986 l-Arġentina kienu għelbu lill-Ġermanja tal-Punent bi skor ta’ 3-2 fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Messiku.

It-tim Brażiljan fl-1958

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today in History fuq l-istazzjon 103, Malta’s Heart.