Awdjo: Bħal-lum kienu saru l-irvellijiet fil-Belt Valletta

Illum hija festa nazzjonali f’pajjiżna, magħrufa bħala s-Sette Giugno, festa li tfakkar irvellijiet tal-1919 li qamu fil-Belt Valletta kontra l-gvern kolonjali Brittanniku u xi negozjanti, li l-poplu ħass li ma kinux qed jimxu b’mod ġust magħhom.

Il-protesti kienu kontra prezzijiet ġodda fil-qasam tal-ikel u n-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xogħol fost ilmenti oħrajn.

Erbgħa Maltin kienu mietu meta truppi Ingliżi kienu sparaw fuq il-folla.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.