Awdjo: Bħal-lum kienu ntlagħbu tliet finali memorabbli tal-FA Trophy

Bħal-lum fl-istorja tal-futbol Malti kienu ntlagħbu tliet finali memorabbli tal-FA Trophy.

L-ewwel wahda kienet dik tal-1949 bejn Floriana u Sliema, partita li l-Furjaniżi rebħu 5-1. Dan it-tim partikolari jingħad li kien wieħed mill-aktar timijiet Maltin b’saħħithom ta’ kull żmien.

It-tieni finali kienet dik tal-1960 bejn Valletta u Floriana, partita li l-Beltin rebħu 3-0. Din kienet l-ewwel FA Trophy li rebħu. Din il-partita kienet irrefjata minn uffiċjal Taljan minħabba għidut ta’ korruzzjoni aktar kmieni dak l-istaġun.

It-tielet finali kienet dik bejn Sliema u Hibernians tal-1968, li s-Slimiżi rebħu 3-2.

Ritratt: Facebook/Malta & International Football Collection (Karl & Tonio Farrugia)

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History fuq l-istazzjon 103, Malta’s Heart. Tista’ ssegwi wkoll din l-edizzjoni permezz tal-awdjo f’din il-paġna.