Awdjo: Bħal-lum kienu mietu żewġt itfal f’Ta’ Kandja

Bħal-lum fl-1963 kienu mietu żewġt itfal, wieħed ta’ 15 u l-ieħor ta’ 10 snin, f’barriera f’Ta’ Kandja viċin is-Siġġiewi. It-tfal kienu qed jilgħabu b’xi injam li kien qed isservi bħala ċattra biex jaqsmu min-naħa għal l-oħra tal-barriera li kien fiha madwar tmien piedi ta‘ ilma tax-xita.

It-tifel iż-żgħir waqa’ ġol-ilma u meta l-kbir qabeż biex isalvah spiċċa f’diffikultajiet huwa wkoll. Sakemm waslet l-għajnuna, it-traġedja kienet laħqet saret.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.