Awdjo: Bħal-lum kienu mietu 17-il persuna f’air raid fuq Malta

Bħal-lum fl-1943 kienu mietu 17-il persuna f’air raids fuq Malta minn ajruplani Ġermaniżi u Taljani, attakk mhux mistenni wara li d-difiża ta’ Malta kien irnexxielha telimina kważi kompletament il-preżenza tal-għadu mill-ajru fuq pajjiżna sal-aħħar tas-sena ta’ qabel.

L-attakk qawwi probabbilment kien ritaljazzjoni għall-invażjoni ta’ Sqallija mill-Alleati li kienet qed tigi ko-ordinata minn Malta.

Iama’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.