Awdjo: Bħal-lum kienu ġġarrfu żewġ ajruplani fuq Ħal Qormi

Bħal-lum fl-1940, ftit xhur wara li beda l-bumbardament ta’ Malta minn ajruplani Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija, żewġ bombers Inglizi li kienu għadhom kemm telqu minn l-ajrudromm ta’ Ħal Luqa bl-intenzjoni li jibbumbardjaw lil Napli, iġġarrfu fuq Ħal Qormi għax kienu mgħobbija wisq bil-bombi.

It-tiġrif irriżulta fil-mewta ta’ ragel u mara ċivili Maltin u erba’ membri tal-ekwipaġġ Ingliżi.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-sni imgħoddija.