Awdjo: Bħal-lum kienu bdew jidhru Tom & Jerry

Bħal-lum fl-1940 kienu dehru għall-ewwel darba l-karattri animati Tom & Jerry, f’film qasir muri fiċ-ċinema fl-Amerika. Originarjament l-karattri kienu se jingħataw l-ismijiet ta’ Jasper and Jinx, imma l-ewwel nies li raw il-film ikkonvinċew lil William Hanna u Joseph Barbera, l-imħuħ wara dawn il-karattri, biex ituhom l-isem li nafu llum.

Tom and Jerry llum qed jagħlqu 80 sena!

Ritratt: Flickr

Bhal ma drajna naraw fl-episodji kwazi kollha, l-qattus Tom dejjem jispiċċa ħażin minħabba r-regħba tiegħu li jaqbad lill-ġurdien Jerry … u l-isem tal-ewwel film, Puss Get’s The Boot, jagħti ħjiel illi dan kien il-każ mill-bidu nett tas-serje.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.