Awdjo: Bħal-lum kienu allegaw li Paul McCartney kien miet

Bħal-lum fl-1969 gazzetta f’Illinois fl-Istati Uniti allegat li Paul McCartney kien inqatel f’inċident tat-traffiku tlett snin qabel u li l-Beatles kienu ħbew il-fatt mill-pubbliku u impjegaw raġel ieħor li jixbħu biex jimitaħ.

L-istorja xterdet u tant saret popolari li McCartney innifsu stieden lill-ġurnalisti fid-dar tiegħu fl-Iskożja biex jurihom li kien għadu qawwi u sħiħ.

Però, għad hawn min, sal-lum il-ġurnata, għadu jemmen din ix-xniegħa.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.