Awdjo: Bħal-lum kienet waqgħet bomba fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema

Bħal-lum fl-1940, tlett ijiem wara li bdiet il-gwerra għall-Malta, feġġ l-ewwel każ ta‘ bomba tal-għadu li ma splodietx. Din kienet waqgħet waqt air raid tat-Taljani fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema, ftit il-bogħod mill-għassa.

In-niċċa tagħha kienet imneħħija minn tlett suldati Ingliżi tar-Royal Engineers, qabel tneħħiet minn fuq il-post. L-operazzjoni kienet tmexxiet minn Lt William Eastman tal-Korp tal-Ordni ta’ l-Armata Irjali.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.