Awdjo: Bħal-lum kienet twieldet Eva Peron

Bħal-lum fl-1919 kienet twieldet Eva Peron, personalità kbira fl-Arġentina tul ħajjitha li ħalliet impatt politiku kbir, u li l-ħajja tagħha kienet immortalizzata fir-reċta mużikali u film Evita.

Ħajjitha nħadmet ukoll f’mini sensiela televiżiva fl-1981 bl-atturi Faye Duanway u James Farentino fil-partijiet ewlenin ta’ Evita u Juan Peron.

Hija kienet mietet żgħira, fl-età ta’ 33 sena fis-sena 1952.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.