Awdjo: Bħal-lum kienet seħħet it-traġedja ta’ Pace u Grasso

Bħal-lum fl-1952 kienet seħħet it-traġedja li baqgħet magħrufa bħala ta’ Pace u Grasso, inċident fil-qasam tal-futbol Malti li wassal għall-grawnd f’Raħal Ġdid li jissemma’ għal żewġ supporters tal-Hibernians li mietu meta kaxxa murtali li kien hemm fuq it-trakk li kienu rekbin fuqu ħadet b’konsegwenzi traġiċi.

L-inċident kien seħħ f’Tal-Pietà wara l-finali tal-FA Trophy li intlagħbet fl-Empire Stadium.

Fir-ritratt jidhru Harry Pace (1) u Victor Grasso (2). Ritratt meħud minn Facebook: Malta & International Football Collection ta’ Tonio u Karl Farrugia,

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.