Awdjo: Bħal-lum kienet seħħet it-traġedja fil-Kunvent ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta

Bħal-lum fl-1823 kienet seħħet traġedja kbira fil-Kunvent ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta, meta 110 tfal ta’ bejn it-8 u 15 il-sena mietu mgħaffġa jew fgati taħt rassa kbira ta’ nies li żvilluppat fil-kuridur tad-dħul tal-kunvent. It-tfal kienu għadhom kemm ġew lura minn ħarga barra l-Belt organiżżata mill-patrijiet waqt il-jiem tal-karnival u kellhom jirċevu xi ħobż u frott mill-kunvent qabel imorru lejn id-dar. Sfortunatament mat-tfal daħlu wkoll fil-kurridur xi kbar u nqala paniku meta nstab li l-folla ma setgħetx tgħaddi għal ġol-kunvent għax il-bieb tal-kurridur kien għadu magħluq.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.