Awdjo: Bħal-lum kienu mietu 200 persuna fi splużjoni kbira fil-Birgu

Bħal-lum fl-1806 seħħet splużjoni kbira fil-Birgu, x’aktarx l-ikbar waħda kkawżata mill-bniedem u li qatt regħdet lil din il-gżira, meta madwar 18,000 kg ta’ munizjon ħa n-nar waqt li kien qed jiġi maħżun fil-polverista taħt is-swar.

Jingħad li l-isplużjoni ħalliet 200 persuna mejta, 300 imweġġgħa, 39 residenza mġarrfa u 30 biċċa tal-baħar mgħarrqa.

In-naħa ta’ fejn seħħet it-traġedja għadu magħruf sal-lum bħala l-Imġarraf.

Il-pjanta mill-1806 disinjata minn Lt Col Dickens li turi ċ-ċentru tal-isplużjoni tal-porvli fil-Birgu

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.