Awdjo: Bħal-lum kienet intlagħbet l-aktar partita taħraq bejn Sliema u Floriana

Bħal-lum fl-1949 kienet intlagħbet dik li probabilment tibqa’ l-aktar partita taħraq u memorabbli minn ħafna bejn l-akbar rivali tal-ewwel ftit deċenji tal-futbol f’Malta, is-Sliema Wanderers u l-Floriana.

Din kienet tal-ogħla diviżjoni tal-kampjonat, intlagħbet fl-Empire Stadium u spiċċat b’rebħa 1-0 għas-Slimiżi, li komplew biex rebħu l-kampjonat fil-ġimgħat ta’ wara. Ta min isemmi li Floriana ingħataw żewġ penalties, b’wiehed minnhom jgħaddi mal-lasta l-wieqfa u l-ieħor jiġi salvat b’miraklu mill-gowlkijper Slimiż Lolly Rizzo.

Ritratt: Facebook/Tonio & Karl Farrugia Football Collection

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.