Awdjo: Bħal-lum kienet insterqet il-Mona Lisa

Bħal-lum fl-1911 il-famuża pittura Mona Lisa nsterqet mill-Louvre ta’ Pariġi minn impjegat Taljan tal-mużew. Hu żammha moħbija fl-appartament tiegħu għal sentejn imma nqabad meta ddeċieda li jikkuntattja negozjant tal-arti biex jipprova jbiegħ din il-pittura.

Il-pittura reġgħet tpoġġiet f’postha fl-1913.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.