Awdjo: Bħal-lum kienet bdiet Dynasty

Bħal-lum fl-1981 kienet iddebuttat fuq it-televizjoni fl-Amerika s-soap opera Dynasty, li meta waslet Malta madwar sena wara, għamlet ukoll suċċess kbir u għamlet lil Joan Collins stilla mondjali.

Fil-cast kien hemm l-attur John Forsythe bħala Blake Carrington, li qabel din is-sensiela kellu suċċess ieħor, dik fis-sensiela Charlie’s Angels, fejn għalkemm ma kienx jidher, kien jislef il-vuċi tiegħu għall-karattru ewlieni ta’ Charlie Townsend.

Is-serje oriġinali ta’ Dynasty baqgħet għaddejja għal disa’ snin sa’ Mejju 1989, u wara bħala miniserje fl-1991.

F’Ottubru tal-2017 is-serje bdiet tinħadem mill-ġdid b’cast kompletament ġdid.

Il-cast tas-serje oriġinali ta; Dynasty tal-1981

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.