Awdjo: Bħal-lum kien wasal Malta konvoj ta’ 4 vapuri b’ikel

Bħal-lum fl-1942 kien wasal Malta l-konvoj ta’ 4 vapuri mgħobbija b’ikel, munizzjon u żejt.

L-ewwel wieħed li wasal f’Malta qawwi u sħiħ wara serje twila ta’ konvojs li jew kellhom iduru lura jew li kellhom diversi vapuri mgħarrqa mill-għadu tul il-vjaġġ.

Dan il-konvoj, li għen biex jibda jittaffa l-ġuħ u l-għaks tal-gwerra, kellu l-isem ta’ Operation Stone Age.

Ritratt: Zimmerman, E A (Lt) / Imperial War Museum

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.